Il-Partit Laburista Ingliż jappella lill-gvern ta’ Boris Johnson sabiex idaħħal il-miżuri tiegħu ppjanati biex jindirizzaw iż-żieda ta’ infezzjonijiet tal-COVID-19 fl-Ingilterra; fosthom biex ħaddiema jaħdmu mid-dar u l-ilbies obbligatorju tal-maskra.
Bħalissa fl-Ingilterra qed tingħata doża addizzjonali lill-persuni vulnerabbli filwaqt li qed tingħata doża waħda lil tfal li jinsabu f’stat ta’ saħħa tajba ta’ bejn it-12 u l-15-il sena. Dan qed isir filwaqt li qed ikomplu jħeġġu liċ-ċittadini li għadu ma tlaqqamx biex jieħu t-tilqima.