Il-Ħadd filgħodu l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ġie milqugħ minn għexieren ta’ nies fin-Naxxar.
F’messaġġ qasir li wassal f’din il-lokalità lejlet Jum il-Ħaddiem, Robert Abela qal kif il-Partit Laburista huwa l-Partit li joħloq il-ġid, l-opportunitajiet u x-xogħol.
Hawnhekk huwa elenka numru ta’ miżuri li ħabbar il-Gvern fl-aħħar jiem u ġimgħat, kollha bil-għan li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.
Il-Prim Ministru temm billi qal kif il-Partit Laburista huwa dak li jġib l-għaqda nazzjonali; “Maltin u Għawdxin Magħqudin Flimkien.”