Aktar kmieni llum waranofishar, id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u l-Ewroparlamentari Alex Aguis Saliba żar numru ta’ stabbilimenti lokali f’Tas-Sliema.
Hawnhekk hu ddiskuta l-andament tan-negozji matul dawn iż-żminijiet ta’ wara l-festi, hekk kif, bħalissa, hu opportun għal numru ta’ skontijiet.
Dawn l-iskontijiet, li wħud minnhom ilhom għaddejjin mill-aħħar ta’ Diċembru, huma mod tajjeb kif, issa, in-negozji jattiraw lix-xerrejja.
Fil-kumment ma’ ONE News, Agius Saliba spjega kif is-suċċess li raw in-negozji fiż-żmien tal-festi kien dak li kontinwament jimmotiva lill-Partit Laburista, li, fl-aħħar mill-aħħar, hu l-Gvern, li dejjem żammhom quddiem għajnejh, permezz ta’ numru ta’ inċentivi.
“Fl-aħħar mill-aħħar, dan hu Gvern li dejjem inċentiva lill-ħaddiema u n-negozji. Inċentivajna lill-ħaddiema u lin-negozji fl-aktar żminijet ta’ inċertezza u ta’ kriżi … kif faqqgħet il-pandemija u anke wara b’sussidji tal-fuels u tal-enerġija, li kompliet twieżen lil dawn l-istabbilimenti, lil tant u tant investituri Maltin u Għawdxin li għażlu li jkomplu jikbru u jinvestu.”
Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Alex Agius Saliba
Kompla jgħid li, għall-kuntrarju tal-Oppożizzjoni li hi ffokata fuq l-awsterità, il-Partit Laburista dejjem għażel li jgħin u jkompli jwieżen lill-familji u n-negozji.