Aktar kmieni dalgħodu, il-Partit Laburista sebaħ fil-lokalità taż-Żejtun biex ikompli bil-kampanja elettorali tiegħu, bit-tema ‘Is-Saħħa lill-Maltin’, fost il-komunitajiet.
Preżenti biex jiltaqgħu man-nies kien hemm is-Segretarju tal-Eżekuttiv Laburista Catherine Fenech, flimkien ma’ deputati Parlamentari, kunsillieri u kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill lokali.
Ilkoll flimkien huma tkellmu u tħaddtu man-nies lokali fuq il-monti li jkun armat kull nhar ta’ Erbgħa fid-daħla taż-Żejtun, fejn dawk preżenti wrew l-apprezzament tax-xogħol li qed isir f’din il-kampanja elettorali.
Il-messaġġ biex, nhar it-8 ta’ Ġunju, kulħadd jappoġġja lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista kompla jidwi fost iż-Żwieten preżenti.