Il-Ħamis filgħodu l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista flimkien mall-Kandidati tat-tnax il-distrett tal-Partit Laburista, bdew il-ġurnata tagħhom fost in-nies fin-Naxxar.
Fost dawn kien hemm il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista George Azzopardi, fejn iltaqgħu man-Naxxarin fil-pjazza tal-lokal. Huma wkoll żaru s-suq tan-Naxxar u diversi ħwienet u każini fil-lokalità.
Huma intlaqgħu b’entużjażmu min-Naxxarin u komplew imexxu l-messaġġ tal-Partit Laburista, dak ta’ Malta Flimkien.
In-Naxxarin tkellmu dwar il-manifest elettorali tal-Partit Laburista, li fih elf proposta u jiswa ‘l fuq minn tliet biljun ewro. Uħud dehru wkoll sodisfatti biċ-ċekkijiet tar-rifużjoni tat-taxxa u tal-irkupru mill-pandemija, f’idejhom, fejn kienu sejrin isarfu dawn iċ-ċekkijiet il-bank.
Fost l-oħrajn in-Naxxarin laqgħu l-proposti tal-Partit Laburista li għandhom x’jaqsmu mat-tnaqqis fit-taxxa għal nies f’diversi faxxex fis-soċjetà.