L-Erbgħa filgħodu d-Deputat Prim Ministru u d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista Chris Fearne flimkien mal-Amministrazzjoni u l-kandidati tat-tielet distrett iltaqgħu man-nies fil-Pjazza taż-Żejtun.
Hawnhekk huma raw u semgħu sentiment pożittiv min-nies dwar bosta proposti mill-Manifest Elettorli tal-Partit Laburista.
Fost dawn kien hemm il-pensjonanti li tkellmu dwar iż-żieda fil-pensjonijiet fis-snin li għaddew u kif Gvern ġdid Laburista ser jerġa’ jżidhom.
Il-ġenituri bit-tfal ukoll innutaw il-miżuri kruċjali tal-Partit Laburista, fosthom iċ-children’s allowance u t-tnaqqis fit-taxxi.
Sidien ta’ bosta ħwienet u każini kienu grati wkoll għal mod ta’ kif il-Gvern immexxi minn Robert Abela amminstra l-pandemija fis-sentejn li għaddew, filwaqt li kien ta’ sostenn finanzjarju għalihom.
Preżenti, il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista George Azzopardi wkoll wassal messaġġ pożittiv ta’ Malta Flimkien, il-futur sabiħ.