Is-Sibt filgħodu, l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista flimkien mal-kandidati tal-Partit Laburista, bdew il-ġurnata tagħhom fost in-nies f’Ħaż-Żabbar.
Fosthom kien hemm id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, kif ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, George Azzopardi.
Hawn intlaqgħu b’entużjażmu miż-Żabbarin u komplew imexxu l-messaġġ tal-Partit Laburista, dak ta’ Malta flimkien.
Iż-Żabbarin tkellmu dwar il-manifest elettorali tal-Partit Laburista, li fih elf proposta u jiswa ’l fuq minn tliet biljun ewro.
Fost l-oħrajn huma laqgħu il-proposti tal-Partit Laburista li għandhom x’jaqsmu mat-tnaqqis fit-taxxa għal nies f’diversi faxxex fis-soċjetà.