Minkejja t-temp kiesaħ u griż, l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista flimkien mal-kandidati Laburisti tat-tnax -il distrett, kienu fost in-nies f’Buġibba.
Fosthom kien hemm il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista George Azzopardi, li flimkien mal-kandidati, ġew milqugħa wkoll minn diversi stabbilimenti madwar iż-żona turistika ta’ Buġibba.
Hawn huma tkellmu man-nies u s-sidien tal-istabbilimenti, fosthom dwar l-għajnuniet min-naħa tal-Gvern waqt il-pandemija, kif ukoll il-proposti tal-Partit Laburista li għandhom x’jaqsmu mat-tnaqqis fit-taxxa.
In-nies f’Buġibba rringrazzjaw lill-kandidati tal-Partit Laburista għall-ħidma tagħhom tul din il-kampanja elettorali, hekk kif dawn iltaqgħu anke ma’ persuni li llum stess diġà vvutaw lill-Partit Laburista.