Fin-Norveġja l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni u mistenni jifforma Gvern ta’ koalizzjoni.
Jonas Gahr Støre mistenni jilħaq Prim Ministru hekk kif il-partiti xellugin marru ferm tajjeb f’din l-elezzjoni li temi bħall-ekonomija u t-tibdil fil-klima kienu ferm fuq l-aġenda tul il-kampanja elettorali.
Erna Solberg tal-Partit Konservattiv se tinżel mill-Gvern wara tmien snin.
Hi reġgħet ġiet eletta fil-Parlament ta’ 169 siġġu wara li ilha titla’ fl-elezzjoni sa mill-1989.
Il-Partit Komunist ukoll mar tajjeb f’din l-elezzjoni u kiseb aktar minn 4% tal-voti, li jfisser li se jkollu disa’ siġġijiet fil-Parlament wara li fl-aħħar elezzjoni kiseb biss siġġu wieħed.
Il-Partit Laburista mhux mistenni jifforma koalizzjoni mal-komunisti u għandu maġġoranza komda biex jifforma Gvern ġdid ta’ pajjiż Ewropew sinjur fir-riżorsi u mhux stat membru tal-Unjoni Ewropea.