F’sala ppakkjata bin-nies, il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-aħħar laqgħa tal-konferenza ġenerali tal-Partit Laburista li qed iġġor it-tema ta’ Malta ta’ Għada fejn b’mod partikolari tkellem fuq il-bidla.
Il-Prim Ministru stqarr li l-bidla qatt mhi faċli. Iġġib magħha mewġa ta’ forzi li jibżgħu mnnha u dawk li ma jifhmuhiex. Iżda żied jgħid li l-storja tinkteb permezz tal-bidla.
Hawn il-Prim Ministru fakkar li l-bidla hija waħda mill-prinċipji li dejjem ħaddan dan il-partit għax hekk għamel storikament meta ġie biex jagħti vot lin-nisa, meta ħadem qatiegħ għall-ħelsien ta’ pajjiżna u iżjed riċenti meta ħadem għal libertà ċivili u d-divorzju fost oħrajn. Hawn hu fakkar li ħafna drabi, f’dawn il-waqtiet kienu biss minoranzi żgħar li qablu iżda miflok dawn il-bidliet tħallew fuq l-xkaffa, il-Partit Laburista ħadem biex fiehem u kkonvinċa sakemm llum għandu miegħu maġġoranza li taqbel.
B’rabta ma’ dan, il-Prim Ministru saħaq li issa l-Partit Laburista imissu li jagħmel bidla oħra; bidla li ser tagħti xaqq ta’ dawl ġdid lill dawk kollha li bħalissa għandhom problemi ta’ infertiltà.
B’konvinzjoni, Joseph Muscat stqarr li hu qiegħed hemm għal dawn in-nies u li jrid ikun il-leħen għall-bidla fil-ħajja ta’ dawn in-nies.