Il-Partit Laburista se jtella’ maratona ġbir ta’ fondi nhar il-Ħadd 5 ta’ Diċembru li ġej.
Dan tħabbar mill-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista George Azzopardi waqt il-programm ‘Pjazza’ fuq ONE l-Erbgħa filgħaxija.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista sostna kif deħlin fi żmien eċitanti, dak tal-elezzjoni ġenerali s-sena d-dieħla.
George Azzopardi spjega kif kull pass li jsir fil-partit isir bis-saħħa tal-kontribuzzjonijiet li jagħtu n-nies.
Waqt il-programm Pjazza, George Azzopardi ħabbar kif din il-maratona se tkun differenti mill-aħħar maratoni riċenti li saru.
Dan hekk kif fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista se jkun hemm villaġġ tal-Milied u n-nies jistgħu jattendu għal din il-maratona.
Din il-maratona se ssegwi l-protokolli marbuta mal-Covid-19.