Il-Partit Laburista għal darb’oħra kiseb il-maġġoranza fil-lokalità taż-Żejtun.
Għal din il-lokalità ġiet eletta Sindku Doris Abela filwaqt li bħala Viċi-Sindku ġiet eletta Joan Agius.
F’isem il-Partit Laburista ġew eletti Doris Abela, Joan Agius, Stephania Fenech, Gesmond Baldacchino, Raymond Caruana, Dorcas Camilleri u Sean Chircop. filwaqt li f’isem il-Partit Nazzjonalista ġew eletti Amanda Abela u Roderick Caruana.