Fl-ewwel jum tas-sena l-ġdida, il-Partit Laburista ppreżenta donazzjoni waqt il-Festa ta’ Ġenerożità, il-maratona ġbir ta’ fondi annwali b’risq id-Dar tal-Providenza.
Din id-donazzjoni ġiet ippreżentata mid-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Alex Agius Saliba.
Flimkien miegħu kien hemm il-Kap Eżekuttiv Leonid Mckay, il-Viċi President Louis Gatt, is-Segretarju Internazzjonali John Grech u l-Kelliem tal-Partit Laburista Norma Saliba.
Din il-maratona ġbir ta’ fondi b’risq id-Dar tal-Providenza tibqa’ għaddejja sa nofsillejl.
Ritratt: Dar tal-Providenza