Il-Partit Konservattiv tad-Demokrazija Ġdida rebaħ l-elezzjoni Parlamentari fil-Greċja, li saret ilbieraħ.
Dan wara li ma kienx hemm riżultat konklussiv fl-elezzjoni tax-xahar li għadda.
B’ 95 fil-mija tal-voti magħduda, il-partit tal-Prim Ministru Kyriakos Mitsotakis, kiseb 40.5 fil-mija tal-voti.
Fl-ewwel diskors tiegħu wara r-rebħa, barra l-kwartieri tal-partit tiegħu, huwa qal li se jixpruna diversi riformi.
Il-Partit ta’ Mitsotakis se jokkupa madwar 157 siġġu minn 300 siġġu fil-Parlament.
Fl-elezzjonijiet li saru f’Mejju, il-partit ta’ Mitsotakis rebaħ b’distakk mill-partiti individwali, iżda ma kisibx biżżejjed siġġijiet biex jifforma maġġoranza ta’ partit wieħed fil-Parlament.
Kważi miljun persuna kienu eliġibbli li jivvutaw f’din l-elezzjoni, u 32 partit ikkontestaw din l-elezzjoni.
Il-Prim Ministru, li ħa l-ġurament tal-ħatra nhar it-Tnejn, huwa partikolarment ifaħħar talli reġa’ ta stabbilità lill-ekonomija Griega, wara kriżi ta’ dejn.