Wara għexieren ta’ snin fejn il-kumpless tal-White Rocks tħalla mitluq il-Partit Demokratiku qal li ma jridx proġett maħsub għaż-żona b’investiment miljunarju.
“White Rocks m’għandux jgħaddi għand il-privat, imma għandu jingħata lill-poplu bħala park naturali,” qal il-Partit fl-istqarrija.
“Il-bini li diġa jeżisti f’din iż-żona, u li għandu valur arkitettoniku għandu jiġi kkonservat u utillizzat filwaqt li bini ieħor bla valur għandu jitneħħa,” kompla jingħad. Il-Partit Demokratiku qal li la l-ekonomija sejra tajjeb wasal iż-żmien li l-gvern jibża għall-art tal-poplu.