Il-Partit ABBA pprova jħarbat iċ-ċerimonja tal-Partit Laburista ta’ Jum il-Ħelsien billi waqt id-diskors tal-Prim Ministru, Ivan Grech Mintoff, ipprova jitla’ fuq il-palk jgħajjat f’wiċċ il-Prim Ministru Robert Abela, li kien għaddej bid-diskors tiegħu.
Ivan Grech Mintoff imbagħad ħareġ stqarrija u qal li għażel Jum il-Ħelsien biex jibda kampanja ta’ diżubbidjenza.
Hu attakka d-deċiżjonijiet tal-Parlament Malti marbuta mas-settur internazzjonali.
Grech Mintoff qal ukoll li l-Gvern mhux jassigura n-newtralità u attakka lill-Avukat Ġenerali li ta l-parir li n-newtralità ta’ Malta mhix mittiefsa bil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew.
Jidher li Grech Mintoff kien qed jirreferi għall-parir tal-Avukat tal-Istat, għax illum l-irwol tal-Avukat Ġenerali m’għandu x’jaqsam xejn. Parir li wera kif il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew kif negozjati mill-Prim Ministru assiguraw in-newtralità u l-ħarsien tal-Kostituzzjoni Maltija.