Il-Prim Ministru Joseph Muscat u martu Michelle Muscat iltaqgħu ma wħud mill-parteċipanti li se jkunu qed jipparteċipaw fi sfida diffiċli.
Sfida organizzata mill-Lifecycle u din is-sena se ssir fil-Kenya u t-Tanzania.
Din se tkun waħda mill-aktar sfidi diffiċli li għamlu l-parteċipanti tal-Lifecycle sa issa dan minħabba n-numru ta’ tlajja li se jiltaqgħu magħhom f’din l-isfida bir-roti.
Matul din l-isfida se jkunu qed jinġabru fondi b’risq il-pazjenti li għandhom kundizzjoni medika fil-kliewi u b’risq il-grupp li joffri sapport lil persuni li jkollhom bżonn trapjant.
Il-parteċipanti se jkunu qed jaqdfu għal 2000 kilometru bejn l-14 u t-18 ta’ Lulju.
B’kollox se jipparteċipaw tnax-il parteċipant li tul din l-isfida se jingħataw għajnuna medika u loġistika.
Il-parteċipanti preżentaw flok iffirmat lill-Prim Ministru Joseph Muscat.