Fl-okkażjoni taċ-Ċentinarju mit-twaqqif uffiċjali tal-Parroċċa ta’ Santa Venera, nhar il-Ħadd, 11 ta’ Novembru 2018, ser issir purċissjoni bil-vara titulari ta’ Santa Venera.
Din il-purċissjoni, fejn għat-tieni darba din is-sena qed tinħareġ il-vara artistika u devota ta’ Santa Venera ser issir bħala parti mill-programm ta’ għeluq tal-festi taċ-Ċentinarju.
Il-purċissjoni toħroġ mill-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera fid-8.45 a.m. u tidħol għall-ħabta tal-11.00 a.m. Għal din l-okkażjoni speċjali, ittieħed ħsieb biex il-purċissjoni tgħaddi minn toroq li minnhom qatt ma għaddiet il-vara titulari ta’ Santa Venera.
Meta l-purċissjoni tasal quddiem id-dar fejn għex l-aħħar snin ta’ ħajtu San Ġorġ Preca, fi Triq il-Parroċċa, ser isir mument ta’ talb.
Wara l-purċissjoni, fil-Knisja Parrokkjali se tkun iċċelebrata Quddiesa mill-Kappillan Patri Maurice Abela O.Carm, bis-sehem tat-tfal u l-familji.