Il-Parlament Taljan approva l-budget rivdut għas-sena d-dieħla minkejja l-ilmenti li saru mill-oppożizzjoni li dan kien iddettat mill-Unjoni Ewropea.
Oriġinarjament, il-Gvern Taljan kien għamel diversi wegħdiet fosthom dwar id-dħul bażiku universali. Madankollu- f’Ottubru li għadda, il-Kummissjoni Ewropea saħqet li dan jista jaffettwa il-livell tad-dejn tal-Italja.
B’hekk, il-Kummissjoni Ewropea wiessiet lil Gvern Taljan sabiex jirrevedi l-budget għaliex f’kaz li ma kienx ħa jagħmel hekk, kien ikollu jaffaċja multi kif ukoll jittieħdu passi dixxiplinarji fil-konfront tiegħu.