Nirien kbar ħakmu l-Parlament tal-Afrika t’Isfel li jinsab fil-kapitali Cape Town.
Bosta filmati li xxandru fuq il-mezzi soċjali juru daħna sewda u fjammi kbar ħerġin mis-saqaf tal-bini.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-fatt il-bini għadu qed jaqbad filwaqt li ġew innotati xi xquq fil-bini.
Dan il-każ seħħ ftit sigħat wara l-funeral tal-Arċisqof Desmond Tutu li sar fil-Katidral ta’ San Ġorġ, li jinsab qrib il-Parlament.
S’issa għadu mhux magħruf xi kkawża n-nirien.