Matul din is-sena, li waslet biex tintemm, il-Parlament Malti għadda 46 liġi, iltaqa’ 120 darba filwaqt li l-Kumitati ltaqgħu 149 darba.
Qal dan l-ispeaker tal-Kamra Anglu Farrugia fl-iskambji tal-awguri mal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.
Farrugia ddeskriva din is-sena bħala waħda eċċezzjonali għall-Parlament Malti.
Il-President Marie Louise Coleiro Preca appellat għal iżjed prudenza waqt is-seduti dan hekk kif mhux qed jiġi trasmess eżempju ta’ mġieba tajba.