Illejla l-Parlament esprima s-sogħba tiegħu għall-attakk terroristiku f’Londra u solidarjetà mal-gvern Ingliż u l-familjarji ta’ dawk li mietu u li ndarbu.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li huwa kien mgħarrfa bl-attakk mis-Segretarju tal-Commonwealth ftit wara li seħħ.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Goerge Vella qal li l-attakk kienet sorpriża li l-attakk sar fil-qalba ta’ Londra. Ftit qabel daħal fil-parlament kien f’kuntatt mal-Kummissarju Għoli Malti f’Londra u sa dak il-ħin ma kienx hemm rapport ta’ Maltin involuti fl-attakk.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil esprima xokk, sogħba u solidarjetà mal-poplu Ingliż u mal-familjari tal-vittmi. Qal li l-ebda pajjiż, kbir kemm hu kbir u żgħir kemm hu żgħir ma jista’ jiġġieled it-terroriżmu fil-forma li li qed narawh illum u għalhekk hemm il-ħtieġa li l-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea jingħaqdu biex jiġġieldulu flimkien.
L-iSpeaker ordna lill-Iskrivan tal-Kamra biex jgħaddi dawn il-kummenti lis-Segretarju tal-Commonwealth u lill-Gvern Ingliż.