Il-Parlament illejla fakkar il-memorja tal-membru parlamentari Ingliża Jo Cox li ġiet assassinata l-ġimgħa l-oħra, biż-żewġ naħat tal-kamra jikkundannaw il-vjolenza u jappellaw biex ikun hawn it-tolleranza.
Il-Prim Ministru enfasizza li l-politiċi jistgħu ma jaqblux mal-ideat ta’ xulxin iżda żgur ma jobgħodux lil xulxin. Huwa qal li dan l-assassinju huwa eye opener b’saħħtu ħafna għall-politiċi.
F’ismu u f’isem il-gvern, il-Prim Ministru ingħaqad mal-kumplament tal-Kamra u esprima solidarjetà u kondoljanzi lill-familjarji tas-Sinjura Cox, lill-Partit Laburista Ingliż, lill-Gvern Ingliż u lill-poplu Ingliż.