Fl-aħħar seduta tal-Parlament għal din is-sena, il-Parlament ivvota b’mod unanimu favur li żgħażagħ ta’ 16 jew 17-il sena jistgħu jsiru Sindki jew Viċi Sindki.
Dan dejjem jekk fl-elezzjoni, dawn iż-żgħażagħ jingħataw il-fiduċja tal-poplu u jġibu l-akbar ammont ta’ voti f’dik il-lokalità rispettiva.
F’kitba fuq il-midja soċjali, il-Ministru responsabbli mill-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li meta din il-liġi tkun iffirmata mill-President, Malta se tkun l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea li se tkun qed iddaħħal din ir-riforma.
AQRA AKTAR: