Il-Parlament se jiddiskuti r-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-power station. Dan wara talba li saret fil-Parlament mill-Whip tal-Gvern Byron Camilleri li saħaq li l-Gvern lest li jissospendi l-aġenda tas-seduta biex ikun diskuss ir-rapport li kien ippubblikat nhar l-Erbgħa li għadda.
L-Erbgħa li għadda investigazzjoni estensiva li għamel l-Awditur Ġenerali dwar il-proġett tal-power station tal-gass, ikkonfremat għal darb’oħra li l-għoti tal-kuntratt lill-konsorzju Electrogas sar b’mod serju, trasparenti, u b’mod strutturat.
F’Jannar tas-sena li għaddiet, il-Kummissjoni Ewropea approvat il-proġett kollu tal-power station il-ġdida f’Dellimara.