Illejla fil-Parlament għaddew tliet liġijiet qabel mal-Parlament aġġorna għall-waqfa tal-Għid.
Il-Parlament approva l-miżuri tal-estimi tal-Budget.
Wara għaddiet liġi dwar il-ħatra ta’ persuni ta’ fiduċja li hija waħda minn dawk l-abbozzi li ressaq il-Gvern u li ntlaqgħet mill-Kummissjoni Venezja.
Wara l-Parlament approva b’vot ta’ żewġ terzi l-ħatra ta’ Charles Deguara bħala Awditur Ġenerali għal terminu ieħor u anki l-ħatra ta’ Noel Camilleri bħala Deputat Awditur Ġenerali għal terminu ieħor.