Il-Parlament għadu kif approva l-Abbozz ta’ Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi, li għandu l-għan li jiġu implimentati l-Miżuri tal-Estimi għas-Sena Finanzjarja 2023 u miżuri amministrattivi oħra.
L-approvazzjoni saret bi 42 vot favur u 35 kontra, wara li l-Oppożizzjoni talbet votazzjoni fuq it-Tielet Qari.
L-Abbozz ta’ Liġi kien ressqu l-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol f’Ottubru li għadda.