Illejla l-Parlament approva l-implimentazzjoni tal-Budget għal din is-sena b’ħamsa u tletin vot favur u sebgħa għoxrin vot kontra.
Kien il-Gvern li vvota favur u l-Oppożizzjoni kontra.
Dan waqt vot Parlamentari li permezz tiegħu issa jista’ jiġi implimentat l-akbar Budget soċjali u ambjentali li qatt ħabbar Gvern f’pajjiżna.
Il-Budget elfejn tnejn u għoxrin jibqa’ mfakkar bħala wieħed li jagħti importanza l-qasam soċjali ta’ pajjiżna. Dan hekk kif fih jinkludi allokazzjoni li tlaħħaq investiment rekord ta’ biljun u tmien mitt elf ewro.
Allokazzjoni li ħa tagħmel tajjeb għaż-żieda fil-pensjonijiet fost oħrajn u għadd ta’ benefiċċji oħra li ġew imħabbra jew mwessgħin.
B’dan il-vot jistgħu jiġu implimentati wkoll numru ta’ miżuri ambjentali li tħabbru fil-Budget li tressaq f’Ottubru li għadda biex b’hekk dan kien Budget verament ħabib tal-ambjent.