Qabel aġġorna għall-vaganzi tal-Għid, il-Parlament approva wkoll l-Att li jimplimenta l-miżuri tal-Baġit.
L-att għat-twettiq tal-miżuri tal-Baġit li ressaq il-Gvern għal din is-sena f’Ottubru li għadda, għadda bil-vot tal-Gvern.
Fost il-miżuri tal-Baġit 2024 hemm żieda oħra lill-pensjonanti u lill-familji permezz taċ-Children’s Allowance, b’din tal-aħħar qed tara wkoll żieda li kienet imwegħda fis-sena tingħata daqs kważi tliet darbiet aktar.
Miżuri ewlenin oħrajn tal-Baġit hemm iż-żieda fil-Paga Minima Nazzjonali u l-għotja ta’ €1,500 fuq tliet snin lill-ġenituri ta’ tfal li jibqgħu jistudjaw wara l-edukazzjoni obbligatorja.