Fl-eqqel ta’ kriżi Parlamentari dwar Brexit, il-Parlament Ingliż ġie sospiż għal ħames ġimgħat fuq ordni tal-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson.
Dan wara li falla tentattiv ieħor biex issir elezzjoni ġenerali bikrija, wara li t-Tnejn filgħaxija, Deputati mill-Oppożizzjoni sostnew li mhux se jappoġġjaw il-mozzjoni ta’ elezzjoni fil-ħmistax t’Ottubru, sakemm tidħol fis-seħħ liġi li twaqqaf lir-Renju Unit milli joħroġ mill-Unjoni Ewropea bla ftehim.
B’kollox, kienu 293 il-Membri Parlamentari li vvutaw favur il-mozzjoni tal-Prim Ministru għal elezzjoni kmieni. Numru ferm inqas minn dak meħtieġ biex tgħaddi l-istess mozzjoni.
Intant, il-Parlament Ingliż mistenni jerġa’ jiftaħ fl-14 t’Ottubru.