Il-Partit Laburista Ingliż qed jirrifjuta li jiddiskuti pjanijiet alternattivi dwar Brexit mal-Prim Ministru Theresa May. May qalet li tinsab iddiżappuntata li l-Mexxej Laburista Ingliż Jeremy Corbyn qal li t-talba ta’ May għal diskussjonijiet oħra kienet biss gidba.
Intant, il-Partit Konservattiv Ingliż qed ikompli bit-taħdidiet mal-partiti fl-Oppożizzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Downing Street, bil-Membri Parlamentari Ingliżi mistennija jivvotaw mill-ġdid dwar il-Pjan B ta’ Brexit fid-29 ta’ Jannar li ġej.
Fl-istess ħin il-poplu Ingliż qed ikun imħeġġeġ jiffirma petizzjoni biex il-mexxejja tal-partiti jkollhom dibattitu fuq it-televiżjoni dwar is-suġġett.s