Wara li ntlaħaq ftehim bejn il-Gvern Ingliż u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aktar abbozz riċenti dwar Brexit, għada l-Parlament f’Westminster mistenni jiddiskuti dan l-abbozz f’laqgħa f’Westminster fis-14:00. Laqgħa li se titmexxa mill-Prim Ministru Ingliż Theresa May.
Dan qed jitqies bħala mument kruċjali, hekk kif jidher li ftehim intlaħaq fi żmien stipulat miż-żewġ naħat dwar is-suġġett.