Il-Parlament Ingliż ivvota favur li jitlaq mill-Unjoni Ewropea bi ftehim fid-29 ta’ Marzu li ġej. Il-mozzjoni għaddiet b’312 vot favur tluq bi ftehim u b’308 favur tluq mingħajr ftehim.
Jum ilu, il-Parlament f’Westminster reġa’ vvota kontra l-abozz rivedut tal-Prim Ministru Theresa May dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Fil-Parlament, May qalet li l-abbozz rivedut jirrispetta r-riżultat tar-referendum ta’ Ġunju 2016 filwaqt li jirrispetta r-rieda tar-Renju Unit u tal-Unjoni Ewropea.
Iżda dan ma kienx biżżejjed biex jikkonvinċi l-Parlament Ingliż, li qed jibqa’ jsostni sal-aħħar li kwistjonijiet bħal dik tal-fruntiera Irlandiża se tibqa’ sfida għan-negozjati Brexit.