Il-Parlament Ingliż jiddiskuti l-possibbiltà ta’ elezzjoni ġenerali bikrija. Ambaxxaturi Ewropej se jiltaqgħu biex jiddiskutu estensjoni oħra dwar Brexit waqt li fil-Parlament Ingliż, il-Membri Parlamentari qed jiddibattu ċ-ċans ta’ elezzjoni ġenerali bikrija.
S’issa kollox jindika li l-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej jaqblu li l-estensjoni tkun waħda ta’ 3 xhur jew anke anqas jekk il-Gvern Ingliż jaqbel dwar il-ftehim. Franza jidher li qed tinsisti li l-estensjoni għandha tkun anqas minn dik ta’ 3 xhur.
Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson mistenni jħabbar l-andament tad-diskussjoni parlamentari aktar tard illum.
It-Tnejn, il-Parlament Ingliż mistenni jivvota dwar jekk għandhiex tissejjaħ elezzjoni ġenerali fit-12 ta’ Diċembru li ġej jekk l-Unjoni Ewropea tesdendi l-proċess Brexit sal-aħħar ta’ Jannar.