Il-Parlament Ingliż għadda l-ftehim għall-wara l-perjodu tranżitorju ta’ Brexit, b’521 vot favur u 73 vot kontra.
Dan wara li l-Erbgħa filgħodu l-kapijiet tal-Unjoni Ewropea ffirmaw il-ftehim li se jiġi fis-seħħ il-Ħamis bil-lejl.
Il-mexxejja Ewropej laqgħu dan il-ftehim u ddeskrivewh bħala mument ta’ importanza storika.