Illum il-Parlament sellem l-memorja tal-eks Deputat Nazzjonalista Karl Gouder, li miet fl-għaxra ta’ Settembru li għadda.
Fl-intervent tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela ddeskrivih bħala bniedem li dejjem kellu sens ta’ ferħ li kien jittrasmettih lil ħaddiehor. Qal li lil Karl kien ilu jafu sa minn meta kienu tfal fuq il-bank tal-iskola u aktar ’iI quddiem, imbagħad, saru kollegi fil-Parlament.
Dr Abela li lil Karl Gouder se jibqa’ jiftakru żgur bħala persuna li dejjem kellu sens ta’ impenn lejn il-komunità u ċ-ċittadin.
Anke l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u l-Ispeaker Anġlu Farrugia kellhom kliem ta’ tifħir għal Gouder, waqt li wasslu l-kondoljanzi lil qrabatu.