Il-Parlament ta’ Malta għadda b’mod unanimu r-riforma proposta fis-suq tal-kera mill-istadju tat-tieni qari. Ir-riforma issa se tiġi skrutinizzata fl-istadju ta’ kumitat waqt ix-xhur tas-sajf.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes laqa’ b’sodisfazzjon l-andament tal-vot. Hu qal li dan jindika li jeżisti kunsens wiesa’ li r-riforma se tagħmel is-suq aktar ġust, sigur, effiċjenti u stabbli.