Għall-ewwel darba minn Ottubru, il-Ħamis il-Parlament Ewropew ivvota favur waqfien mill-ġlied permanenti fil-Lvant Nofsani.
Dan il-vot kien appoġġjat mill-partiti tax-xellug, fosthom il-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi, iżda ntwerew riservi fuq il-vot min-naħa tal-Partit Popolari Ewropew, li jagħmel parti minnu l-Partit Nazzjonalista u l-Membri Parlamentari Ewropej tiegħu.
Dawn ir-riservi ġew wara li l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen is-sena li għaddiet kienu wkoll żaru u taw l-appoġġ unilaterali tagħhom lil Iżrael fejn kienu akkużati li għandhom id-demm tal-innoċenti Palestinjani fuq idejhom.
Dan wassal għal ġenoċidju ta’ ’l fuq minn 24,000 persuna fl-Istrixxa ta’ Gaza, partikolarment nisa u tfal.