Mill-leġiżlatura li jmiss, wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li se jsiru madwar il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, f’Ġunju li ġej, se jiżdiedu bi 15-il siġġu ieħor.
Dan hekk kif minn 705 siġġu se jitilgħu għal 720 siġġu.
Franza, Spanja u l-Olanda se jkollhom żieda ta’ żewġ siġġijiet. Dan filwaqt li l-Awstrija, id-Danimarka, il-Belġju, il-Polonja, il-Finlandja, is-Slovakkja, l-Irlanda, is-Slovenja u l-Latvja.
Malta, l-iżgħar stat membru fl-Unjoni Ewropea, se tibqa’ b’total ta’ sitt siġġijiet, il-minimu ta’ siġġijiet li wieħed jista’ jkollu skont it-Trattat ta’ Lisbona.