Fis-seduta Parlamentari tat-Tnejn filgħaxija, il-parlament fakkar il-vittmi taż-żewġ attakki terroristiċi li seħħu fl-aħħar sigħat, kemm dak ta’ tliett ijiem ilu fi New Zealend, attakk li ħalla 50 persuna mejta u oħrajn midruba u dak li seħħ aktar kmieni illum f’Utrecht fl-Olanda li s’ issa ħalla 3 persuni mejta.
Min-naħħa tal-Gvern, tkellem id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fejn ikkundanna dawn l-attakki barbari u f’isem il-Gvern wassal il-kondaljanzi lill-familji tal-vittmi.
Intant min-naħħa tiegħu l-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia tenn li d-dinja hi xxukjata b’din l-aħbar u li att barbaru bħal dan imur kontra il-valuri fundamentali tal-bniedem.