Il-Federazzjoni ta’ Heritage Parks, flimkien ma’ Din l-Art Ħelwa, Nature Trust u Gaia Foundation ikkundannaw atti ta’ vandaliżmu li saru fuq il-bini tal-Federazzjoni.
Il-Federazzjoni qalet li primarjament l-atti vandali kienu jikkonsistu minn graffiti li saru fuq bini f’min tal-anqas erba’ lokalitajiet.
Fi stqarrija, il-Federazzjoni ta’ Heritage Parks spjegat li l-patrol rangers fil-Park tal-Majjistral u f’Golden Bay huma mmirati biex iwaqqfu r-rimi tal-iskart, iwaqqfu lil xi persuni milli jagħmlu off roading fil-park, kif ukoll BBQs mingħajr l-użu tal-gass f’Golden Bay.
Hija qalet lir-rangers patrol huma apprezzati mill-pubbliku, ħidma li hija mmirata biex iżżomm dawn iż-żoni nodfa, bil-għan li jkunu jistgħu jitgawdew minn kulħadd.
Il-Federazzjoni qalet li hija għamlet rapport mal-Pulizija u talbet lill-pubbliku biex ikompli jikkopera.