Hekk kif ninsabu ftit ġimgħat ’il bogħod mill-Milied, il-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali libes il-libsa tal-Milied.
Dan hekk kif mas-siġar f’dan il-park tpoġġew numru ta’ dwal, bl-atmosfera il-post hi tabilħaqq waħda maġika.
Dan il-park, l-akbar pulmun aħdar li qatt ra pajjiżna, ġie rriġenerat u anki tkabbar l-ispazju tiegħu, u ilu għal dawn l-aħħar sentejn jitgawda mill-familji Maltin.
B’rabta ma’ dan, fuq il-midja soċjali, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mix-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia qal li jħares ’il quddiem li nilqgħu lill-familji Maltin u Għawdxin f’din l-atmosfera mill-isbaħ għal dawn iż-żminijiet ta’ festi.