Il-kompettitività ta’ ħaddiema vulnerabbli, parental leave, u l-work life balance measures huma mistennija jkunu fuq l-agenda tad-djalogu soċjali. Dan kien żvelat mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u d-Djalogu Soċjali Aaron Farrugia meta kien qiegħed jitkellem fil-laqgħa tal-Presidenti u s-Segretarji Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku Soċjali Ewropew.
Farrugia irrimarka li l-viżjoni tad-djalogu soċjali f’Malta għanda tkun waħda li tilħaq kemm avvanzi fit-tkabbir ekonomiku u kif ukoll fil-qasam soċjali. Is-Segretarju Parlamentari faħħar il-ħidma tal-MCESD minħabba l-fatt li rnexxielhom jilħqu qbil unanimu fuq mekkaniżmu li jirrevedi l-paga minima kull erba’ snin.
Hu qal, li grazzi għal dawn is-suċċessi, hemm qbil li d-djalogu soċjali f’Malta kapaċi jimxi aktar il’quddiem, u kien dan li wassal sabiex tiġi fforumulata viżjoni ġdida għall-futur tal-MCESD. Kien fl-2013 meta Kumitat ta’ Ristrutturar kien ġie mniedi, liemakumitat kien mistoqsi jirriċerka, jiddiskuti u jipproponi kif dan ir-ristrutturar jista’ jsir.
Ir-ristrutturar se jinvolvi t-tiġdid tal-istruttura u l-operat tal-Kunsill bl-għan li tikber l-effiċjenza. Ir-ristrutturar ser jinqasam f’ħames partijiet:
- L-effiċjenza fl-operat u l-istruttura tal-Kunsill;
- Awtonomija mill-Gvern;
- Relevanzatal-proċedimenti fuq kwistjonijiet ekonomiċi u soċjali;
- Użu ta riżorsi amministrattivi u konsulenza iżjed effettiv;
- Indipendenza finanzjarja u sostenibbilta’.
Farrugia kkonkluda billi qal li l-funzjoni tad-djalogu soċjali f’Malta ser tkun rinfurzata fis-snin li ġejjin minn struttura iżjedinklussiva li topera minn bażi ta’ pjan ta’ ħidma u proċeduri ta’ operat, żieda fil-produzzjoni tar-riċerka mit-tlett livelli tal-Kunsill u kifukoll billi jiġi rinfurzat il-profil politiku tal-Kunsill.