Il-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali ħarrax id-deċizjoni tiegħu fil-konfront tal-atleti russi u belarussi u l-Ħamis iddeċieda li dawn ma jistgħux jieħdu sehem fil-logħob Paralimpiku tax-Xitwa ta’ Beijing li jibda l-Ġimgħa.
Oriġinarjament il-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali kien iddeċieda li dawn l-paratleti jieħdu sehem biss taħt il-bandiera olimpika iżda wara protesti u pressjoni minn bosta pajjizi oħra ġie deċiz li jdawwar id-deċizjoni f’sospensjoni. Filfatt ħafna pajjizi heddew li jibbojkotjaw il-logħob.
B’kollox huma 83 il-paratleta li ma jistgħux jieħdu sehem f’dan il-logħob u għalhekk se jkollhom jirritornaw lura lejn pajjizhom.