Sigħat qabel mal-Papa Franġisku jirfes f’pajjiżna ltqajna mal-familja Mifsud li tliet snin ilu kellha esperjenza mal-istess Papa fil-Vatikan.
F’udjenza privata li l-familja kellha mal-Papa Franġisku hu kien tahom l-karlotta li kien liebes. Xi ħaġa lill-Papa s-soltu qatt ma jagħmel.
Mark Mifsud, li serva ta’ abbati fil-quddies tal-Papa rrakkonta l-esperjenza tiegħu.
Qal, “Filfatt kien tagħni din il-karlota’ kien tagħha l-ħija kien partata ma’ waħda li konna xtrajnilu aħna. Jiġifieri din hi l-karlotta oriġinali tiegħu. Kien ħareġ għal quddies biha dakinhar. Se tkun hawnhekk fil-wirja tagħna wirja tal-Ġimgħa l-kbira.”
Omm l-aħwa Mark u Luke Mifsud tirrakkonta kif il-Papa qalà l-karlotta minn rasu u taha lit-tifel Luke.
Karlotta li tinsab esebita f’wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa fiċ-Ċentru Parrokjali tas-Swatar.
Qal, “Ġie ħdejna aħna konna isna preparati u xtrajnilu karlotta biex iberikilna. Naħseb jien ħa grazzja ma’ Luke u flok berikilna mar oltre, libisha, ippruvaha, saqsa lis-security bħal jekk kienetx tajba fuqu u berikilu u tah tiegħu personali u liebes tagħna. Fil-fatt fir-ritratt li qed juri Luke tidher lill-Papa qed itihielu u dam jitkellem ma’ Luke, saqsih fejn imur skola u minn fejn aħna. Kienet esperjenza sabiħa ħafna!”
Huma jitkellmu, semmew l-umiltà u l-karattru ferrieħi tal-Papa Franġisku.
Qal, “Il-Papa huwa vera umli u jkellmek b’tali mod li tħossok li hu bniedem normali. Beda jitkellem b’mod umli ħafna.”