Il-Papa Franġisku se jaħtar 21 kardinal ġdid f’Konċistorju li se jsir f’Jum il-Kunċizzjoni, nhar it-8 ta’ Diċembru li ġej.
Huwa ħabbar dan waqt li kien qed jagħmel it-talba tal-Ħadd f’nofsinhar fil-Vatikan.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan se jkun l-għaxar Konċistorju li se jmexxi l-Papa Franġisku. Fil-konċistorju ta’ erba’ snin ilu, il-Papa kien ħatar lill-eks Isqof ta’ Għawdex Mario Grech bħala Kardinal.
Ritratt: VATICAN MEDIA Divisione Foto