L-Ordni Franġiskana bbażata f’Ruma talbet lil Papa biex ikeċċi lil Patri Donald Bellizzi li fl-istadju t’appell instab ħati li abbuża sesswalment minn ġuvnott.
Is-saċerdot Bellizzi għadu membru ta’ din l-Ordni konventwali, anki jekk bħalissa jinsab il-ħabs.
L-Arċisqof Charles Scicluna ma ħareġ l-ebda tip t’azzjoni fil-konfront tal-Patri.
Teknikament Monsinjur Scicluna ma jistax jieħu azzjoni peress li l-Patri li nstab ħati li abbuża sesswalment minn tifel, huwa membru f’Ordni reliġjuża.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Ordni Konventwali Franġiskana Tomasz Szymczak qal li l-każ qed jiġi investigat.
Donald Bellizzi, eks Kappillan ta’ Burmarrad kellu s-sentenza ta’ tliet snin ħabs ikkonfermata fl-istadju tal-appell wara li nstab ħati li abbuża minn tifel.
Il-każ beda fl-2010 meta t-tifel kien qed jiġi mġiegħel jimmasturba u jagħmel atti indiċenti fuq l-patri.
Minn xhieda li ngħatat anki mill-familja tat-tifel, li l-identità tagħha ma tistax tiġi żvelata fuq ordni tal-Qorti, it-tifel kien jittieħed f’dar tal-irtiri f’Burmarrad u anki Marsalforn għal taħdidiet tal-vokazzjonijiet u hawnhekk il-Patri kien jabbuża minnu.
It-tifel kien spjega kif il-patri kien anki mmasturba lilu anki fi żminijiet differenti f’kunvent fir-Rabat meta tkun ġejja xi festa fejn kien ikun se jsir l-armar għall-Ġimgħa l-Kbira.
Bejn it-tifel u l-Patri anki sess orali kien spiċċa seħħ.
Fil-Qorti ntqal kif Fr. Donald Bellizzi spiċċa jsir ħabib tal-familja tal-vittma u anki kien imur jiekol għandhom.
Hawnhekk it-tifel kien jitla’ f’kamartu meta jara wiċċ il-Patri u l-ġenituri tiegħu ntebħu li hemm xi ħaġa stramba.
Kien hemm żmien ukoll meta Fr. Donald Bellizzi neħħewlu l-abbatini u t-tfal mis-servizzi reliġjużi li kien jagħmel u hawn staqsa lil dak li kien abbużah jekk tkellimx xi ħaġa.
Il-Patri għandu wkoll każijiet oħra mixli bihom dwar abbuż sesswali fuq tfal oħra u fil-pussess tiegħu allegatament nstab materjal pornografiku tat-tfal.