Il-papa Ljun XIV laqa’ fil-Vatikan lit-tennista numru 1 tad-dinja, it-taljan Jannik Sinner.
Il-papa huwa dilettant kbir tat-tennis u anke kien jilgħab regolarment saħansitra meta kien kardinal.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sinner huwa meqjus bħala l-aqwa tennista taljan ta’ kull żmien. Huwa rebbieħ ta’ tliet Grand Slams u anke t-Tazza Davis. Preżenti għal-laqgħa fil-Vatikan kien hemm ukoll il-familjari tiegħu flimkien mal-President tal-federazzjoni taljana tat-Tennis, Alberto Binaghi.
Bħalissa Sinner jinsab Ruma għall-Open Internazzjonali tal-kapitali taljana.