F’kumment waqt il-bulettin prinċipali ta’ ONE News, l-Ambaxxatur għas-Santa Sede, Frank Zammit, qal kif il-Papa Leone XIV, li ġej mill-Ordni Agostinjan, żgur se jkun qed jiffoka l-ħidma tiegħu fis-soċjal, bħall-Papa Franġisku, hekk kif dejjem kienet għal qalbu din il-kawża.
Fil-fatt hu wettaq ħidma siewja ħafna fil-Perù fejn għex ħajja ta’ missjunarju.
Zammit kompla jgħid kif il-Papa Leone XIV se jkun it-tieni kapitlu tal-predeċessur tiegħu, il-Papa tant maħbub Franġisku, li miet fil-21 t’April li għadda, hekk kif l-ideat tagħhom huma simili ħafna.
L-Ambaxxatur Malti kompla jispjega kif, issa, tiskatta l-ħidma biex issir iċ-ċelebrazzjoni uffiċjali tas-sagrament ħalli hemm, tibda l-ħidma vera fost il-fqar u dawk fil-bżonn, kif ġie indikat ukoll fil-messaġġ inizjali tiegħu l-Papa Leone XVI.