Fit-tielet jum tal-vjaġġ storiku tiegħu fl-Iraq, il-Papa Franġisku qed iżur partijiet fit-Tramuntana tal-pajjiż, li xi darba kienu taħt idejn l-Istat Iżlamiku.
L-insara fl-Iraq kienu fost dawk li kienu attakkati mill-miltanti fundamentalisti.
Il-Papa talab fi knisja mġarrfa fil-belt ta’ Mosul.
Aktar tard huwa mistenni jqaddes quddiesa quddiem għaxart elef ruħ fil-belt ta’ Irbil.
Iż-żjara tal-Papa fl-Iraq qed tingħata prominenza qawwija taħt sigurtà stretta hekk kif il-Kap tal-Istat tal-Vatikan qed jibgħat messaġġ kontra l-persekuzzjoni reliġjuża.
Il-Papa deher ukoll jimxi bi tbatija f’dan il-vjaġġ Apostoliku hekk kif l-uġigħ tax-xatka jidher li baqa’ jippersisti.